Verzjoni Maltija tas-sit elettroniku

 

Merħba għas-sezzjoni Maltija ta’ dan is-sit elettroniku li toffri fil-qasir, lista u deskrizzjoni tas-servizzi legali offruti mill-uffiċju legali mwaqqaf mill-avukat Dr. Jonathan C. Spiteri (B.A., LL.D, MA (Fin.Serv), ġewwa n-Naxxar, Malta.

 

L-għazla wiesa ta’ servizzi legali offruti tista’ ġenerikament tinqasam taħt il-prattika tad-dritt Ċivili, Kummerċjali u l-kamp Penali bis-servizzi rezi taħt kull prattika dedikati li joffru:

 

  • Konsulenzi u laqgħat relattivi;
  • Ftuħ u difiza ta’ kawzi ta’ kwalsiasi tip, rikorsi, appelli u proċeduri oħra relattivi li jinkoludu sekwestri u mandati oħra kawtelatorji jew ezekuttivi;
  • Rapprezentazzjoni legali quddiem organi ġudizzjarji u kwazi-ġudizzjarji inkluzi qrati Maltin, tribnunali, arbitraġġi u proċeduri oħra dixxiplinari;
  • Formulazzjoni u tifsil ta’ tipi differenti ta’ ftehim u kuntratti;
  • Assistenza oħra ġenerika.

The economical prices of cialis tabs 20mg generic sildenafil citrate 100mg without prescription. In a lot of instances where tension viagra in stores or tiredness is the inducer, a guy can be very difficult . Natural aloe vera relieves burning and irritation. tadalafil 20mg cipla Even hypothyroidism, which is get viagra related to hormonal system, can lead to male impotence.
 

Il-prattika fil-kamp Ċivili toffri servizzi ta’ assistenza fi kwistjonijiet varji dwar:

  • Kuntratti u kwalsiasi ftehim ieħor ta’ natura Ċivili;
  • Obbligazzjonijiet varji b’mod partikolari fil-qasam ta’ relazzjonijiet civili bejn individwi;
  • drittijiet reali (fosthom dwar bini u propjeta’ oħra mmobbli – xiri u kirjiet ta’ propjeta’ immobbli u riċerki relattivi inkluz fidi ta’ ċens);
  • kwistjonijiet amministrattivi;
  • kawzi għal danni ta’ kwalsiasi tip,
  • suċċessjoni u kwistjonijiet testamentarji dwar wirt;
  • kwistjonijiet oħra ta’ natura personali fosthom kwistjonijiet matrimonjali – separazzjonijiet, kura u kustodja ta’ tfal minuri, divorzju, annullamenti ta’ zwieġ, paternita’ u testijiet ta’ DNA u filjazzjoni;
  • kwistjonijiet oħra dwar xogħol u drittijiet industrijali jew kwistjonijiet jew assistenza dwar applikazzjonijiet ta’ residenza b’mod partikolari dawk konnessi ma’ permessi ta’ xogħol;

 

Assistenza fil-qasam kummerċjali tinkludi assistenza fi kwistjonijiet ta’ negozji inkluz:

  • Formulazzjoni (drafting) ta’ kwalsiasi ftehim ta’ natura kummerċjali;
  • Assistenza konnessa ma’ verifika dwar kull tip ta’ inċentivi għal imprizi maħluqin biex ikunu ta’ għajnuna għalihom;
  • Għajnuna legali fil-ġbir ta’ flus dovuti fosthom bil-ħruġ ta’ ittri ufficjali, mandati ta’ sekwestru/qbid u kawzi relattivi;
  •  Kuntratti ta’ impjieg u kwistjonijiet relatati;
  •  Kwistjonijiet industrijali u ta’ drittijiet ta’ impjegati;
  •  Ftuħ u difiza ta’ kawzi ta’ natura kummerċjali;

 

Assistenza fil-kamp penali tinkludi b’mod partikolari rapprezentazzjoni legali fuq kwistjonijiet relatati ma’ proċeduri kriminali kemm f’assistena lil akkuzat jew assistenza għall-parti ċivili u cioe’   l-parti li tkun sfat vittma ta’ reat ta’ natura kriminali. Din l-assistenza tinkludi wkoll il-formulazzjoni ta’ kwereli bil-miktub permezz ta’ liema persuna tkun tista’ titlob sabiex il-Pulizija jmexxi bi proċeduri kriminali kontra min ikun qed jiġi allegat li qed ikun ta’ preġudizzju għall-parti li tkun qed tressaq l-istess kwerela.

Mizjud ma’ din l-assistenza kif hawn fuq deskritta, dan l-uffiċju legali jista’ jipprovdi wkoll servizzi legali oħra li jkun meħtieġa skont il-bzonn tal-klijent fost l-oħrajn fil-qasam marittimu, fil-qasam   tal-gaming, fil-qasam  turistiku jew tal-films/entertainment dejjem fil-kuntest ta’ servizzi legali konnessi ma’ dawn l-oqsma.

Għal aktar informazzjoni referibbli għal kwalsiasi assistenza li tkun tista’ tintalab, ġentilment qed tintalbu sabiex tibgħatu email fuq legalmalta@gmail.com  li tiġi mwieġba fi zmien 24 siegħa minn tali email, jew tikkomunikaw b’mod  dirett ma’ dan l-uffiċju legali fuq in-numru ndikat + 356 99479316.